Vertiġinużi.
Vertiġinużi
dal waqtiet
Xħin toħroġ
mill-kja#żmi tar-ruħ
It-tnehida
li tkun tfisser
It-toqol kollu
li qed iġġorr.
Jispiċċa
waħdu u solitarju dan l-eroj
Għax baqa’
ma rebaħx
Il-ġlieda
ewlenija.
Ħekk ukoll imbagtħad in-nar
Jintefa’
għaliex
x-xrar li
jukkumbatti jispiċċa
ikkalpestat fit-tajn moqżież
ta’ dak li
drajna.
Ta min
jistaqsi
Jekk ġejniex
tarda
Jew jekk
kienx hemm xi ħadd
Li lest li
jaqsam magħna
ix-xmara tat-tnissija.
Alfred
Grech
24/02/2021.
Comments
Post a Comment