Irid Ikun Is-Seħer.

 

Irid ikun is-seħer li jaħraq

It-toqol ta’ kull kelma

Iridu jkunu t-tqanqiliet

li joħolqu kwiekeb ġodda.

 

Kif tegħeleb il-biża u qtigħ il-qalb

Ta’ min iqum filgħodu

Maħsud minn ħolma kera

U jrid jerġa r-riedni jaqbad

U jagħmel ta’ bir-ruħu qed isuq?

 

Lanqas naf għax dakinhar iċċaħħadt minnek

Lanqas naf għaliex kelmti ma żammejtx.

Kif kont inħossni dakinhar

Ma jixbaħ xejn l-imbatt lki hawn madwari

U l-ħolm ta’ qabel it-tbexbix

Hu aktar ċar minn dak ta’ wara tlugħ ix-xemx.

 

Trid tifhem li qed ngħixu

Fuq xifer il-bużżieqa

U xħin tinfaqa’ din ma jibqa’ xejn

Mank biss il-ħsieb, il-ħolma u t-tifkira

U dak li hemm bejnietna għal darba tnejn.

 

Alfred Grech

08/04/2022.

Comments

Popular posts from this blog