Bħal Dakinhar.
Bħal dak iż-żmien
Xħin ma kellniex ħjiel
Ta’ dak li għandna nagħmlu,
Meta l-arja li nibilgħu
Kienet ħielsa
Meta l-ilma li nixortbu
Ma konniex inħallsu tiegħu
Meta li jisbaħ kien l-istess
Bħal li jidlam.
Bħal dakinhar
Meta ma kellniex għax naħdmu
Sabiex naqilgħu l-għejxien
tagħna
Meta ma kellniex għalfejn
infaddlu
U nasħbu x’jista’ jiġri
l-għada
Għax l-għada kien bħal
dakinhar
U dakinhar bħal jum ta’
qabel.
Alfred Grech
02/09/2020
Comments
Post a Comment