Evanescent | Copley Society of Art | Artsy

Evanexxenti

 

Imqar jekk tidher tixref fl-itruf ta’ rdum imberfel

Bid-dija ta’ tlugħ ix-xemx

Jum ieħor ma jisbaħx jekk jien

Ma nġorrx sa għandek

Il-ħolm tiegħi

Għaliex xħin tlaqt jien ħsibt

Li t-tnejn li aħna konna

Missejna l-ilwien tal-qawsalla

Dehera evanexxenti li baqgħet

Imnaqqxa fil-bir tal-eżistenza.

F’dan l-univers mingħajr barrieri

Fejn spiċċajna mingħajr qlugħ

Misjuqin biss mill-irjieħ ta’ xemx imbikkma

Jien ridt lilek tkaxkarni

Biex nibqa’ fuq ix-xwiek

U hekk ma nintebaħx

Li ż-żmien għaddej.

 

Alfred Grech

09/09/2020.

Comments

Popular posts from this blog