Illum Bdiet Nieżla x-Xita.
Illum bdiet nieżla x-xita
inħalluha għal darb’oħra
għax fix-xehir, fil qtar
tad-dmugħ
il-qalb lanqas ma teħber
u l-leħħa ma tiġix
minkejja li hemm il ħsejjes
ikollok biss trambil
fl-istonku
u beraq li ma instengtħax.
Għal-lum ħalliha
għad jiġi żmien aħjar
għada nbakkru kmieni
biex ngħidu li l-bieraħ
ma kien xejn
Għaliex imqar xħin tiġi l-leħħa
ma tridx min jersaq lejk
itellfek . . .
u trid taħtafha.
Alfred Grech
13/09/2020.
Comments
Post a Comment