File:Brunhilde knelt at his feet.jpg - Wikimedia Commons

Imbikkem.

Imbikkem lanqas naf xnaqbad nikteb

nistħajjlek int ukoll kont tippassiġġa

fil-kurituri tal-eternita’.

Tkun biss il-ġrajja, jekk għad tinkiteb

li tinba’ tfakkrek

jew jekk tinkiteb tinkiteb biss

mir-rebbieħin jew minn min

 ġie wara.

 

U issa li ma ġejtx lura

jien qed narak min-naħħa l-oħra

għaliex fl-għabex tal-allat

ix-xemx tinħeba wara x-xefaq

u Brunhilda minn wara l-kwinti

tibki lis-super eroj.

 

Jien ma nistgħax għaliha din

li xħin jgħaddi kollox

qisu ma kien xejn

jew kienet ħolma.

 

Alfred Grech

06-09-2020.

Comments

Popular posts from this blog