Inħarsu Fiss F’Gfħajnejn Xulxin.

 

Inħarsu fiss f’għajnejn xulxin

U nittrasmettu ħsibijietna

Iżda dan mhuwiex għajr logħob bil-frilli

Fuq skakkiera mingħajr ġnub.

Għandek ix-xeħta ta’ min jaf ibgħati

U ta’ min sar għaref kmieni

Iżd’imbagħad intbaħt malajr

Li dak li ngħid jiġbed il-widen

Tal-bosta.

Qed tħares lejja bħallikieku

Kull ħarsa li nitfagħlek tkun tgħannieqa

Nistħajjel nisma’ wkoll l-għanja sogħobiena

Li ġġorr f’qalbek.

Jiġi mbagħad il-waqt li d-dinja ta’ madwarna

Tilbes lewn ħamrani u hemm barra jitla’ l-ajru

Iżd’aħna nsibu kenn taħt l-imbrella

Tal-kliem sieber

Li nisraq mingħndek.

Kull kelma mbagħad nagħlaqha

Fid-dalma tal-lejl.

 

Alfred Grech

26/09/2020.

Comments

Popular posts from this blog