Irid Jgħaddi Fdtit Tal-Ħin.
Irid jgħaddi ħin mhux ħażin
Minn meta jisbaħ
Biex niġi f’tiegħi
U nibda nerġa’ nara tiela’
x-xemx
U widnejja jibdew jidraw
Il-ħsejjes infernali.
Irid jgħaddi ħin mhux ħażin
Qabel ma nibda nidra l-mewġ
Tar-ritmi manjakali
Li fihom irrid ninxteħet
Biex ninsa’ li qed ngħix
U nidher ħaj bħal dawk
Li hawn madwari.
Irid jgħaddi ħin mhux ħażin
Biex nidħol fl-ingranaġġ ta’
din il-magna
Li jgħidula soċjeta’, ċivilta’,
pajjiż, fraternita’, umanita’
Imbagħad nista’ nintilef
Malajr kemm jista’ jkun
Fil-wisa’ ta’ bla tmiem
Filwaqt li nfittex lili
nnifsi.
Alfred Grech
28/09/2020.
Comments
Post a Comment