Issa.

 

Jekk kull ma jmur trid taħseb

x’se tiekol. x’se tixrob u x’se tilbes

il-ħin jgħaddi bla jingħadd

iżda jekk xejn ma taħseb

iż-żmien jżgur ma jgħaddix

u lanqas tara x-xefaq.

Jekk lanqas iż-żmien ma jgħaddi

u lanqas taf fejn int

mhemmx għalfejn nagħmlu l-wisa’

u gwerra mhemmx għalfejn

għaliex jien ma nafx min jiena

u ma nibżgħax li għada jisbaħ.

It-triq biex nasal għandek sibtha

billi ħriġt mill-bieb ta’ wara

fejn mhemmx wisa’

u mhemmx ħin

u xħin ma kien hemm xejn

sibt lilek.

 

Alfred Grech

20/09/2020.

 

Comments

Popular posts from this blog