Lil Daphne.
Missjoni kbira din
Akbar minn tal-profeti
Li tagħti ħajjtek għal ħbiebek
Imqar jekk tkun mibgħud u
kkalpestat
Għax tgħid is-sewwa.
Missjoni kbira li tisfida
Il-qawwa u s-setgħa ta’ Erodi
Li mhija qawwa xejn għaliex
imfassla
Fuq ramel li jimxi
Trid tkjun xewka f’ġenbejhom
Trid tkun martri
Biex tħalli ħajjtek għal dak
li temmen
U tneħħi minn wiċċ
il-ħajjiena
Il-maskra tal-ħalliel.
Trid tkun qalbieni
Biex toħroġ il-far mit-toqba
Fejn intasab imkullat
Meta kulħadd u d-dinja
kollha
Tkun qed tħares x’imkien
ieħor
U ma temmenkx
U tgħid li għandek
Ilsien ta’ lifa.
Tassew trid tkun eroj
Għajta fid-deżert
Li għalkemm weħida tkun
qawwija u ewlenija
Li tingħażel mill-oħrajn.
Trid tkun qaddis
Biex tħares f’wiċċ il-falz
U tgħidli li qed jigdeb
Meta l-art li fiha tgħix
tkun nassa
Għal min jinqabad ġewwa
fiha.
Alfred Grech
11.09.2020.
Comments
Post a Comment