Mhemmx.
M’hemmx li nibda nerġa’ nara
kollox sabiħ
U l-pinna tlaħħaq mal-ġiri
tal-ħsieb
U nerġa’ għal għandek niġi
Għax sirt isbaħ milli kont
U ħajjti terġa’ ġġedded
Għaliex minn bejn l-imwiet mill-ġdid
jien qomt.
Mhemmx li nerġa’ niġi f’dawk
l-inħawi
Li fihom kont għal kemm
il-darba
U nsib li għadhom bla
mittiefsa
U nerġa’ nħoss it-tqanqiliet
Li kont ħassejt mal-ewwel ħarba.
Mhemmx li nieqaf hawn u
nibda
Nemmen li dat-toqol mhuwiex
tiegħi
Inkella li mhux jien kont li
ġarrejtu.
Mhemmx li nerġa’ nżur il-ħolma
li ħlomna
Fit-toroq fejn trabbejna
U jibqa’ mnaqqax biss bħal f’xi
tifkira.
Mhemmx li din tkun poeżija
Bħall- ħajja li jien għext
Bħas-sħab li jieħu l-għamla
li tistħajjel.
Alfred Grech
25/09/2020.
Comments
Post a Comment