Mistoqsija.
Jien kont se nistaqsik
Hawn x’ġibtni nagħmel?
Nagħmillek din il-mistoqsija
Għalxejn
Kien aċċident, destin
inkella x-xorti
Tistaqsi toqgħod aktar
Mhemmx għalfejn.
Jien kont se nistaqsik
Sa fejn se naslu?
Iżd’inti bħali w’salt f’xifer
tal-irdum.
Torqod u tqum
Hux ħaj inkella mejjet
U din hija r-rutina ta’
kulljum.
Alfred Grecvh
14/09/2020
Comments
Post a Comment