Neħħili Dan l-Għamad.
Dan l-għamad neħħili
Minn fuq għajnejja
Biex nista’ nara
Għax mhux ħlief inħabbat
Bil-bastun
U mmiss b’idejja
Kull fejn nitħarrek.
Dan l-għamad neħħili
Għaliex sal-lum dejjem
emmint
Li nista’ nara
Naf li miniex għami
Iżda li ġralu u bħal
ħaddieħor
Waqa’ l-għamad fuq
għajnejja.
Dan l-għamad neħħili
Biex nista’ nara.
Alfred Grech
18/09/2020.
Comments
Post a Comment