Oqgħod Hemm.
Oqgħod hemm fejn hemm
id-dawl
Hawnhekk hawn dwejjaq
primordjali
Xewqat il-mewt
Fejn jiżżerżqu d-dinosawri
U jaħilfu d-draguni
U kulħad miżmum b’ilsir.
Oqgħod hemm, hawnhekk mhux
postok
Hawnhekk kollox inkullat
Ma dak li jaqbel lilhom
Huma, li jippużaw ta’ salvaturi
Huma li qatt ma jiċċapsu.
Għax jiena u int għad
nimbarkaw
U ma nsibu ’l-ħadd jarana
Fid-dawl ta’ qamar
Fid-dlam il-lejl
Filwaqt li mal-ħġieġ
tat-tieqa
l-insetti mifxula
mid-dawl li jgħammex
id-dawl tas-salvazzjoni.
Alfred Grech
19/09/2020
Comments
Post a Comment