Ribelli.
Ma niddejqux jekk jgħidulna
Aħna min aħna
Jew jekk iwarrbuna
għall-ġenb
Għax is-sewwa bla kulur
U min ma jridx jisma’
Hu agħar minn trux.
Minn ma jismagħax jgħix
joħlom
U biex iderri
Jingħalaq f’bużżieqa
tas-sapun
Ferħan b’dak li jaqa’
Mill-mejta mal-majjali
U dak li jistħoqqlu
Ma jieħdux.
Dawk li ma jqumux min-nagħas
Fuq karru mal-ikkundannati.
Aħna ma niddejqux
Jekk jittimbrawna b’dak li m’aħniex
Imqar jekk ħadd ma jiġi
Fil-purċissjoni, l-vara
toħroġ xorta
U lanqas qatt mhu ser
ninxtraw
Jew nagħlqu ħalqna.
Alfred Grech
15/09/2020.
Comments
Post a Comment