Tiftixa.

 

Il-petali li ntajjar ma żiffet ir-riħ

Bħal bnazzi f’nofs xitwa qalila

Bħall- vruż li nxerred ta’ kuljum

Bit-tama li jolqtu li xi għajn

Inkella xi widna tisssemma.

 

Jien niġi nfittex qalb is-siġar li qaċċtuhom

Biex iwessgħu t-toroq inkella jibnu l-barumbari

Qalb il-weraq li jtir mar-riħ

U jagħmel kutrumbajsa

Agħar minn ta’ xi politikant

Qalb is-sħaba li jiċċarrat mal-ogħla qċaċet

Jew fl-irkejjen fejn ma jirbombja

l-ebda ħoss biex imbagħad tindiehes miegħi

ma kull dehexa u kull tkexkixa.

 

Alfred Grech

16/09/2020.

Comments

Popular posts from this blog