Tiġrib.
Fit-tiġrib tat-turmenti
Nerġgħa ngħannaq is-sliem
tiegħek
Għax l-istennija hi bint ix-xewqa
Li tigref il-laħam
Filwaqt li nieħu n-nifs
il-ġewwa
In-nifs infami li jkeċċi
l-mewġ
Biex jikxef xefaq ġdid.
Hemmhekk fejn tisgħar
is-solitudni
Din tkun għanja mhix
magħrufa
Wild ħrejjef imtennija
Biex nifhem is-sejħa
tas-sema
Fis-sħab imdennes
U l-profanazzjoni ta’
xufftejk.
Alfred Grech
01.09.2020.
Comments
Post a Comment