Tqanqila.
Għaliex se nibqa’ ngħanni
għanja waħda
Għalkemm it-test u n-noti ma
naqrax?
It-temp u r-ritmu jien ma
nafx inżommhom,
U żmien sabiex nitgħallem ma
baqax.
Għaliex qed ngħanni l-għanja
li semmajtli?
Ħelwin in-noti li qatt ma
tgħallimt
Ir-rima ma tiġix, ma nafx
mnejn nibda,
Din kantaliena li jien qatt
ma fihmt.
Għaliex irrid ngħidhielek
kif inħossha
U ngħidha bl-inqas ħoss
tkarkir ta’ xejn,
Għalkemm mhu qed ngħid xejn
griżmejja nixfu,
’mma rrid xi ħaġa ngħid, ma
nafx għalfejn.
Għax jista’ jkun li tkun imbuttatura
Inkella nibqa’ hawnhekk u bejn
ħalltejn
Għax jista’ jkun li tkun biss
illużżjoni:
Tkun taf li minn dak kollu
ma kien xejn.
Għaliex imbagħad fis-skiet
tas-solitudni
Irridek tibqa’ għaddejja u
tgħid li trid?
Imqar jekk dak li tgħid ma
tantx jinftiehem
Inħossni nogħola ’l-fuq
mingħajr ma rrid.
Għax jista’ jkun ukoll li
jien fis-sakra
Inkella nsejt ma mbagħad nafx
fejn jien
Li jien m’għandix min-nies
ta’ din id-dinja
Għid kemm trid, jew li ma
jesgħani mkien.
Alfred Grech.
03/09/2020.
Comments
Post a Comment