U Lanqas Kien In-Nar*

 

U lanqas kien in-nar

Li ħaraq l-andar

Għax l-għollieq baqa’ jaqbad

U ma nħaraqx.

 

Ma kienetx id-dehera tiegħek

Li wasslitni sa tarf l-irdum

Jien minn qaddisi

Ekwilibrista.

 

Kienet ix-xewqa li ngħix

U li nkun naf għaliex qed ngħix

Li fetħuli l-bibien

Tas-swali tiegħek.

 

Imqar is-skiet ifixkilni.

 

Alfred Grech

29/09/2020.

 

 

*B’dedika lil Gioelle Galea

Awtur ta’ “In-Nar Għandu Isem”

Comments

Popular posts from this blog