Weraq.

 

Nirbaħ kemm nirbaħ żmien

Għajnejja jaqgħu fl-art

Xħin tħares fiss f’fgħajnejja.

 

It-toqgħol iwaqqa’ l-weraq niexef

Iżda jkun ir-riħ li jferrixhom.

 

Ħajjti żmien u ż-żmien weraq

Inti tista’ tibqa’ sejjra fi triqtek

Il-weraq li jitferrxu jintesew

Iżda s-siġra tistagħna b’weraq ġdid

U tari.

 

Kelli nikser is-skiet

Xħin għedtlek:

Żommli jdejja.

 

Alfred Grecvh

30/09/2020.

Comments

Popular posts from this blog