Modigliani review – you think you know him? Turns out you do… | Art and  design | The Guardian

X’Jgħaddili?

 

X’jgħaddili jien minn moħħi

Inħares fiss f’għajnejk

Nistaqsi jekk hux żmieni

W’iġġorrni fuq spallejk.

 

Dal-ħin lil nqatta’ miegħek

Fi ħdan l-eternita’

Jinsab imnaqqas sewwa

Fil-fond bl-intensita’.

 

X’jgħaddili jien minn moħħi

Inħares fiss f’għajnejk

F’inżul ix-xemx imdieheb

U l-ħmura ta’ ħaddejk.

 

Alfred Grech

14/09/2020.

Comments

Popular posts from this blog