Għalxejn iżżid Iz-Zokkor.

 

Għalxejn iżżidlu z-zokkor

Għax morr jibqa’ l-kafe’.

 

Għalxejn jgħidulek sebaħ

Tiġġedded trid kuljum

Għaliex is-sħab fil-moħħ hemm għadu

Kif hemm id-dlam fil-qalb

U timxi qalb l-għanqbut.

 

Għalxejn ngġanniha l-għanja

U mpitter is-sabiħ

Għax xejn ma jibqa’ għal dejjem

Għax l-ikraħ qed jikrieħ

Ġo l-univers ta’ bidla

Fejn kollox hu bl-addoċċ

U ħorrox borrox.

 

Ma jinbidlux biss il-waqtiet.

 

Alfred Grech

30/10/2020.

 

 

Comments

Popular posts from this blog