Għidli.
Iż-żmien li tagħmel mitlufa
Fil-penumbra ta’ bejn
id-dawl u d-dlam
Fil-kjaroskur ta’ bejn id-dellijiet
Ta’ bejn hawn u hemm
Iż-żmien ma jgħaddi qatt.
Għidli jekk tiftakarx dawk
il-waqtiet
Meta l-intonatura
tal-ħsejjes kienu
Jirrimaw mad-diwi tat-tokki
U r-ritmi ta taħbit il-qalb.
Għidli jekk tiftakarx dawk
il-waqtiet
Xħin tlajna kemm il-darba mas-sellum
Immissu l-kwiekeb u nogħdduhom
Filwaqt li bdew jintfew u
jixgħelu.
Għidli jekk tiftakarnix
nitbandal
Fil-benniena ta’ ħoġrok
Nibki s-sliem u l-innoċenza
U inti tgħanni għanja ta’
sema ġdid.
Għidli jekk tiftakarx ukoll
Il-biki li maż-żmien sar
tinwieħ qares
Bi ħsejjes illi għandhom
Minn tal-assurd li mank
jinftiehem.
Sadanittant jien għadni hawn
Imdawwar bil-ħitan li bnejt
biż-żmien
Nikkuntempla
Xi jkun għaddej minn moħħok.
Alfred Grech
12/10/2020.
Comments
Post a Comment