Hemm Warda.
Hemm warda flok ix-xemx
U n-nies qed tħares lejha
Triq tara kif qed taħli
Kull tektika tal-arloġġ
Għax riħ ta’ siegħa
Jnaddaf qiegħa.
Hemm qatra fuq kull petala
U l-wisa’ tal-pajżaġġ
Ibus inżul ix-xemx
inkandexxenti
Li jaħraq lill-allat.
Din hi l-evanexxenza ta’
xefaq
Li qatt ma tista’ tara.
Alfred Grech
3-/1-/2020.
Comments
Post a Comment