Imbagħad minn dak kollu li
għedna
Ma kien xejn, għax kien hemm
baħar jaqsam.
Lanqas ħaqq l-istennija u
l-qtigħ il-qalb.
Inqiegħed kollox ġewwa
kwadru
Filwaqt li qalbi tħabbat
taħbit mortali
Fil-qiegħ tat-tambur
Bir-ritmi tal-qtiegħ
in-nifs.
Insibha bi tqila wisq inżomm
f’wiċċ l-ilma
Meta ħaddieħor qed jegħereq
Qalb it-taqlib
tal-inċertezza
Is-simulakri tas-simultazzjoni.
Insibha bi tqila ngħum
fil-wiċċ mal-bqija
Fdal ta’nawfraġju fi vjaġġ
li qatt ma beda.
Merfugħ fuq wiċċ l-idejn
inħares fiss band’oħra
Għaliex sal-lum għadni ma
nafx
X’inhu mistenni minni.
Bqajt magħluq fi kwarantina
Bit-tama li nibqa’ ngħix
Għal dejjem.
Alfred Grech
14/10/2020.
Comments
Post a Comment