Impuls.

 

Ġiet fuqna bħal buffura riħ

U t-tnejn li aħna

Lanqas bqajna nafu x’aħna nagħmlu.

 

Imqar jekk ma narakx

Int bħali bqajt tiġġieled

U tilqa’ għal sidrek

Il-ħalel u t-tempesti.

 

Imqar il-mewġ li jiġi lura

Iwieġeb għal sejjħet il-qalb

Tinġarr kulljum mal-ħamla

Tas-skiet marbut ma talbek.

 

Dak kollu li ma stajtx tiftakar

Inġarr mal-kurrenti tax-mara mitoloġika

U bħalna nesa’ kif jgħum inkella jaqdef.

 

Alfred Grech

15/10/2020.

Comments

Popular posts from this blog