Jiswieli Nkella Le’?
X’inhuwa ta’ dan kollu
il-pjan jekk ma nafux?
Bħal meta r-riħ ivenven
tisfir f’widen ta’ trux.
Bħat-tnabar f’tarf il-glorja
isir taħbit il-qalb,
kull xħin filgħodu kmieni
trid tqum, tinfexx fit-talb.
Nebbiex il-ħsieb li jiġi
fuq kikkra tal-kafe’:
li nibqa’ ngħix dil-ħajja
Jiswieli nkella le?
Nebbiexi li-ħsieb li jiġi,
bi kwieti ma nibqax,
ninġarr ma kull buffura
ħlief weraq ma jaqax.
Maħrub iż-żiemel, telaq,
u lanqas naf għaliex
jekk terġa’ tistaqsini
fid-dubbju jekk aħniex.
Dan kollu kien għemili
weġġajt stajt ħafna nies,
u mqar jien lili nnifsi
fil-blugħa ta’ bla qies.
Alfred Grech
04.10.2020
Comments
Post a Comment