Kuljum.

 

Jien ukoll lest għat-taqbida

Iżda saħħa ftit li xejn

Għaddejt żmieni ngħix fl-arena

Qawwa ġdida, kif? Minn fejn?

 

Jien ukoll qomt kull filgħodu

Wiċċi sfiq għal dak li ġej

Bdiet tiċajpar il-viżjoni

Kif il-ħin taraħ għaddej.

 

Sakemm jasal filgħaxija,

Min hu sejjer, min hu ġej

U ddur lura biex tistaqsi

U dan kollu kien għalfej’?

 

Iżda wara daż-żmien kollu

Kull filgħodu malli nqum

Nerġa’ nagħmel lili nnifsi

Mistoqsija ta’ kuljum.

 

Wara liema farfett niġri

Jew bużżieqa tas-sapun,

Sejjer nonfoħ għal darb’oħra

U għal darb’oħra hekk ikun.

 

Alfred Grech

19/10/2020.

Comments

Popular posts from this blog