L-Ikbar Għali.
L-ikbar għali tiegħ hu li tliftek
Għaliex bħaż-żejt għemilek
Li dejjem jitla’ f’wiċċ
l-ilma
Imqar wara snin kbar
Bħad-dmugħ tal-bastiment li
għereq
U tiegħu ma baqax għajr
it-tifkira
Li saret mafkar.
Tiżwieqa u mudellatura
id-dehera tiegħek
B’tifsila tal-allat
Kull meta nieżla nilmħek
minn fuq l-għolja
Mgħammda bid-doni
tal-grazzja.
It-tberrin ta’ moħħi għad jispiċċa
Iżd’ int ma titfaċċax
U kull ma jmur jien nibqa’ negħereq
Fil-baħar tas-skiet.
Alfred Grech
03/09/2020.
Comments
Post a Comment