Le Ma Kienux.
Le, ma kienux il-furbani
Li ħarbtulna u serqulna
l-għelejjel
U l-frott kollu tal-art
għammiela
Iżda kienet ir-regħba
tal-iżviluppaturi
Li raw akbar mill-art u
l-ispazju li jesagħhom.
Ma kienux l-imperjalisti
Li sfruttaw u ħattew il-wirt
għani
Li ħallewlna ta’ qabilna.
Kienet il-lublieba
tal-ispekulaturi
Jaħtfu kull fejn jaraw
Bl-għajnuna tas-setgħana
Imniġġsa bid-dnub oriġinali.
Ma kienus is-sidien fewdali
Li selħu ’l-maltin mejtin
bil-ġuħ
Li qatt ma raw il-flus ġo
bwiethom
Iżda kienu l-ġrieden li tqiegħedu
Fil-quċċata ta’ kull post
strateġiku
Fil-katina tas-setgħa
Biex jgħinu ’l-min ried
jisraq.
Le ma kienux . . .
Kienu l-Maltin stess rieqdin fin-ngħas
Tal-affluwenza
Tal-injoranza.
Alfred Grech
31/10/2020
Comments
Post a Comment