Lil Sieħbi Filosfu.

 

Daqskemm jisimgħu l-għanja tiegħi

Iħabblu rashom bil-kliem sieber tiegħek

F’din l-art ta’ min jitperreċ

Fuq skoll il-vanita’

Fejn kollox teatrin

Fejn kollox mhuwa xejn

Huwa lussu li  tgħid is-sewwa.

Għax tħarers minn fejn tħares

Ilkoll qarib xulxin

Kullħadd kien jaf x’qed jiġri

Kullħadd sar ma jaf xejn

Il qalbiena qaddisin

U min seraq sar eroj.

 

Daqskemm jemmnuk xħin tgħid is-sewwa

Daqshekk ieħor ma jifhmukx

Jew ma jagħrfukx

l-ilsiera qed jissawtu

lill fqar qed jisfruttawhom

iżd’inti ma tħoss xejn

jew għaliex il-ġilda drat

inkella għax drajt imxaħxaħ

fi friex wiesa’

fl-għass tal-affluwenza.

 

U din mhix il-kuxxjenza

U dan mhux it-tagħlim

Dan għaliex iż-żmien inbidel.

 

Alfred Grech

27/10/2020.

Comments

Popular posts from this blog