Ma liema Lġiem?
Ma liema lġiem ninsab marbut
Biex issa ġejt ma nitwemminx?
Ta’ liema xbiha minquxa sirt
lsir
Sabiex kull fejn immur
inġorra miegħi.
Iva jien ġarrejthom miegħi
ix-xbihat foloz tal-allat
xħin dħalt f’deżert deżert
l-enimmi
u soqt il-bhima
li qatt ma riedet timxi.
Ma liema sarċ jien intrabatt
Sabiex sejjħuli lsir
Ta’ ħmerijiet, tat-tabujiet
u ta’ kull fesserija
Li ressewli fit-tubi ta’
moħħi
Biex fl-aħħar sirt jien
il-barrani
Għaref ieħor ipejjep id-duħħan
Nonfoħ il-bżieżaq tas-sapun
F’kartell ta’ filosfu
ċiniku.
Alfred Grech
21/10/2020
Comments
Post a Comment