Ma Rridx.
Ma rridx nimbela mil-vortiġ’ni
Inkella noqgħod ixxamplat
Ma rridx tmellis u lanqas ħlewwa
Biex b’hekk nissejjaħ
ixxurtjat.
U jgħidu: fl-aħħar dak
inġabar,
U fl-aħħar sab kappell jiġih;
Sab min iħobbu u jieħu
ħsiebu
Tixraqlu ħlejjqa tgħodd
għalih.
Ma rridx li jkolli għaliex
nitlaq
Min-nar tal-kamp f’xi nofs
ta’ lejl,
Għax naf li hemm min
jistennieni
Imqar ikun dan ħmar il-lejl.
Alfred Grech
16/10/2020.
Comments
Post a Comment