Madwar il-feriti li ġarrabt

irrid li nerġa nibni ħajjti

u t-tfkiriet jgħaddu u jinfdu

imqar minn ġoll-ħitan

għaliex in-nostalġija għandha minn tal-friefet il-lejl

u għandha wkoll

l-imfietaħ ta’ ħabs ir-ruħ.

 

Meta nnittef it-tqanqiliet u tweġibiet

Bħal petali tal-ward

U innaqqihom waħda, waħda

Fil-logħoba tar-ruħ u tal-imħabba

Nibda nlaqqat il-bews

Li qatt ma ħadt mingħandek

U t-tbissima li tkun

Bħaċ-ċirasa fuq il-krema.

 

Jien nitkellem mas-skiet tal-infinit

Biex tkun tista’ tismagħni

U ż-żegħil tiegħi jiżżerżaq u jintlef

Minn fuq ġismek

Mingħajr ma jmissek.

 

Alfred Gech

22/10/2020.

 

Comments

Popular posts from this blog