Mhux Jien.

 

Mhux jiena l-gżira  tas-skiet tiegħek

jien il grgal li jwassal kurrent qawwi

u maltempati ħorox.

Imbagħad bil ftit il ftit

xħin tgħaddi kull burraxka

int tiġi hawn tiflili kull tikmixa.

 

Mhux jien il baħħ li dejjem tista’ taħrab

fil ġiri bla trażżin tal-ħsieb iniggeż,

jien dak l-għannej li jiġi taħt it-tieqa

u inti bla ma trid tittawwal mill-persjana.

 

Jien dak l-għarib li qatt ma jaf fejn wasal

Jien dak l-għafrid li qatt ma kellu sabar.

 

Alfred Grech

25.10.2020.


Comments

Popular posts from this blog