Nimmiraw.
Nimmiraw ‘l-bogħod mix-xefaq
Hemm fejn tmur tistaħba
x-xemx
Fejn in-numri lanqas
tgħoddom
Ibqa’ żgur tbatija mhemmx
Fejn il-baħħ għandu
l-fruntieri
Fejn sax-xifer ma tasalx
Mingħalik li kollox tagħmel
Fejn il-fewġa ma tinħalx.
Fejn il-ħsejjes armonjużi
Fejn il-kaos mhux jiżdied
Fejn li taf jintilef jista’
Intu u togħla mas-smewwiet.
Nimmiraw għal post
fil-bnazzi
Fejn ix-xejn mhux infinit
Fejn tistieħ u tibqaż sejjer
U t-trapass ma jkunx ardit.
Alfred Grech
07/08/2020.
Comments
Post a Comment