Spekulaturi.

 

Dawn nies li m’għandomx x’jagħmlu

iħarbtu fejn jaraw

Dawn nies li  jridu jkissru

u xejn ma jivvintaw.

 

Dawn nies li jbiddlu d-dinja

dawn nies ta’ moħħom fqir,

u jaħsbu li qed jagħmlu

xi għaġeb li hu kbir.

 

Dawn nies li jridu dejjem

jibilgħu b’żewġt ixduq

jagħmluha tal-fidi

issibhom dejjem fuq.

 

Staqsihom x’għandhom x’jagħmlu

Issibhom nies bla kwiet,

minflok iħarbtu u jkissru

mhux jaħsbu ftit fis-skiet.

 

Dawn nies ta’ bla kuxjenza

li moħħom ftit qasir

dawn posthom mhux fil-merħla

għax id-dehen tagħom fqir.

 

Dawn nies li lanqas jaħsbu

u jgħumu fit-tgergir,

xħin tfittex ftit u tagħrbel

blugħathom tat-twerwir.

 

Dawn l-ispekulaturi

li għandhom jedd divin

li jaħtfu, li jisirqu

bl-appoġġ tas-setgħanin.

 

Alfred Grech

18/10/2020.

Comments

Popular posts from this blog