Tama’.

 

Mingħajha ma ngħixux

Fejn lanqas hemm tgawdija

Id-dehra biss li tgħodd

Li tiddi fit-tpinġija.

 

Għax x’jiswa’ li x’imkien

Trid tagħddi mill-martirju

It-tama kull ma jmur

Issarraf fi tpattija.

 

X’imkien ma nafux fejn

Ikun il-wasla tagħna

Jilqagħna hemm xi ħadd

B’dirajgħ wiesgħin miftuħha.

 

Alfred Grech

09/10/2020.

Comments

Popular posts from this blog