Tgħid Xejn.
Tgħid xejn
Aħjar ma titkellimx
Kull kelma li toħroġ
mill-qaws
Stallet li jiftaħ ġerħa
Inkella splużżjoni li
tagħmel
Kraterju f’wiċċ il-qamar.
Tgħid xejn
Għax mhux il-waqt li tiftaħ
ħalqek
Ma tmurx min-nagħas
tqajjimhom
Tikfilhom l-illużjoni
Għax min jismgħek m’hawnx
Jew min il-widnejn għandu
issa ttarrax
Inkella tgħid xi tgħid
Mhux jagħtu kasek.
Tgħid xejn
Għaliex għalxejn li tgħid
Inkella jekk trid tgħid
Qis li twerżaq twerżieqa
Mimlija rabja
Ta min iħares qiegħed
U xejn ma jista’ jara.
Tgħid xejn
Għaliex kull ma tgħid
Jinġieb jista’ b’xhieda
kontra tiegħek
Minn dawk kollha li għandhom
prezz
Mill ġemgħa li xejn ma
fehemet
U tinsaq tħalliet minn
imneħirha.
Alfred Grech
1710/2020.
Comments
Post a Comment