Titjira.

 

Int sultana tal-goli fl-għanijiet tiegħek

U tonfoħ f’dawk l-imkejjen

Bir-riħ tal-imdawwlin

Mad-diwi ta’ taħbit qalbek.

 

Jien nerġa’ lura dejjem fil-baħħ

Fejn bżajt li għad nissogra

Fit-titjira tal-ajkla majestuża

Fix-xejn li jimtela bih nnifsu

Filwaqt li mill-għoli

Nitlef il-kejl

U s-sens ta’ fejn ninsab.

 

Ejja ħalli nitkixfu flimkien

Xi jfisser in-nuqqas

U kif issir taf xi jsarraf kollox

Kif it-tislima tiegħek hi meħtieġa

Daqs l-arja li ma nħossux.

 

Alfred Grech

29/10/2020

Comments

Popular posts from this blog