Trid Tkun.
Trid tkun fidil mhux ftit
biex ibellgħulek
Li xi tifsira fiha l-ħajja.
Trid tkun mazzun drogat bl-aljenazzjoni
Biex tgħid aħjar qed hawn
minflok mintix
U tibqa’ tgħid li kien aħjar
Imqar xħin taf kif ser tispiċċa
U tibqa’ tħid li trid
tixorbu
Dal-kalċi tal-imrar.
U jista’ jkun li tgħid ukoll
Li kieku kellek terġa’ tiġi
Itterraq l-istess triq
Imqar jekk taf li dan
l-uġigħ
Mhu mkien
Hu kullimkien
Hu biss ġo fik
Idajjef il-ħin kollu
Kull pedament li fuq bnejt
Li fuq nbnejt.
L-uġigħ bħad-dlam
Mingħajrhu kif tibbrilla?
Alfred Grech
01/10/2020.
Comments
Post a Comment