Tromba.
Xi jkun għaddej minn moħħok
Xħin jaqbdek l-uġih ta’ ras
U tħoss ta’ ruħħek iċ-ċpar
Jintilef ma tlugħ ix-xemx
Ta’ mingħajr togħma?
Lanqas id-dmugħ ma jdawwal
it-tiċrit
Tan-nuqqas li tħoss fi swied
il-qalb
Mingħajr konfini.
Fewġet il-grigal
Tonfoħ fl-eqqel tagħha
U ġġib lura l-weraq
tal-ħarifa
Misjuq mir-riħ tat-tnissija
Biex terġa’ mill-ġdid tibda
d-dawra mejt
U tagħqad mat-tromba
Tan-namur li tistordik
Sakemm ma l-art tispiċċa.
Alfred Grech
21/10/2020.
Comments
Post a Comment