Trrid Tmur Lilhemm.

 

Trid tmur lilhemm minn dak li jagħmlu

Trid tibda taħseb li mintix

Trid tibda tifhem xi ħaġ’oħra

U tixref ftit minn taħt l-għarix.

 

Trid tibda timxi fuq ix-xifer

U tmur il-bogħod u tiġi qrib

Sabiex ikollok dehera ġdida

Biex tagħraf tirkeb kull tiġrib.

 

U taf ukoll li għad tinħaraq

Jekk tilgħab tgħaddi ż-żmien man-nar

Irrid xi darba  niġi s’għandek

Nimxi bil-pass fuq it-tajjar.

 

Alfred Gech

14/10/2020

Comments

Popular posts from this blog