U Hekk Sirt Naf.
U hekk sirt naf li dan hu
l-waqt
Tas-skiet li nagħżel jiena
Li huwa l-bieb miftuħ
Għal fuq il-beraħ t‘għada
Kull meta l-ħtieġa nħoss
Li noqgħod qalb il-kwiekeb
seduċenti
Biex ngħoddhom waħda waħda
Bħalma nagħmel iċ-ċagħaq
tal-baħar
Li l-mewġ jillixxa.
U hekk sirt naf kif għad
irrid
Il-kobor ta’ bla tmiem
inħaddan
Ta’ qatra nida tirrifletti
Il-bidu ta’ sebħ ġdid.
Jekk nibdel triqti jkun
għaliex
Din tiegħi daħlet f’żenga.
Alfred Grech
24/10/2020.
Comments
Post a Comment