Warda Ġibtlek.
Għoljin wisq il-barrikati
it-truf tieghek marsusin
u biex tinfed il faċċata
trid tixraf daqs argużin
Trid tistagħdar fl-għaraq
mielaħ
u tiistaqsi jekk hux din
it-triq tiegħek, kemm jiswielek?
Għaliex jiemek magħdudin
Jekk b’għajnejk qed tħares fissi
dak għaliex int ma tafnix.
Qed tkellimni bla ma taħseb
u nfissirlek ma tridnix.
Fejn se naslu lanqas nafu
Warda ġibtlek biex nifdik
warda kelli xejn ma tiswa’
aktar xejn ma stajt nagħtik.
Warda ġibtlek għaddenija
biss hi mera tas-sabiħ
is-sabiħ tiftakru tibqa’
u għal dejjem tistennieħ
Alfred Grech
28/10/2020.
Comments
Post a Comment