X’Fettillek?

 

X’fettillek tellajt f’daqqa l-barrikati

Bnejt il-ħitan u issa hemm sur bejnietna?

Xi jżommok milli terġa’ trabbi l-ġwienaħ

U miegħi tibqa’ ttir minn fergħa għall-oħra?

 

U fuq għajnejk niżżilt dak is-siparju?

Jekk tfittex ftit aktarx li issib ir-ritmu

Tal-passi  tagħna it-tnejn minn fejn ħallejna

U ssib li ma ħaddejk kull mewġ li jaħbat

Ikun qed iwassallek is-skiet tiegħi.

 

U jekk int tqalleb ftit il-weraq tiegħi

Issib li ma kull skoll bandiera tperper,

Issibni bħal ġwerrier li qatt ma għotor,

Issib li ma blugħat kien hemm xintilla.

 

Alfred Grech

02/08/2020.

Comments

Popular posts from this blog