X’Qed Infittex Jien.

 

X’qed infittex jien?

Infittex il-ħrejjef li qatt ma smajt

Min itennili

Dak li għadni qatt ma sibt

Infittex dak li qiegħed fija

Iżda li baqa’ qatt ma ħareġ

Jew jista’ lanqas joħroġ.

 

X’qed infittex jien?

Infittexx il-leħħa ta’ berqa

Id-dija ta’ kewkba feġġa

Ir-raxx tal-baħar mielaħ fuq ħaddejja

Il-lewn ta’ nżul ix-xemx li qatgħet qalbha

Minn nies tad-dinja.

Infittex lil xi ħadd

Xi ħaġa

Lili nnifsi.

 

Inħallik titlaq għal trieqtek

Għaliex jekk nimxu ma xulxin

Ma nisimgħuħx l-għana tas-sireni

U d-daqq tal-qniepen.

 

Alfred Grec

05 /10/2020

Comments

Popular posts from this blog