156.

 

Niftakar jien tal-aħħar rifsa n-nota,

Imissu s-swaba tiegħek ruħ għatxana

Li ttir il-fuq mis-sħab u fit-taħbila

Xħin tlaqt u mxejt u bit-takkuna ttakkan

Intlift fiċ-ċpar tal-lejl xħin staħba l-qamar.

Hekk jien niftakar l-aħħar ħarsa tiegħek

Mingħajr ma tgħidli xejn u tgħidli ħafna,

Mingħajr ma tgħid xi jkun għaddej minn moħħok.

U jiena bqajt ma ntbaħtx li hemm eklissi

Ta’ xemx li darba kienet iddawwalli

ix-xefaq illi lejħ kont dejjem noqrob

u d-dlam kien kbir u l-ebda lsien ma jlissen

is-skiet li ta’ bejnietna sar taħdita.

Fis-skiet imbagħad komplejna fejn ħallejna.

 

Alfred Grech

07/11/2020.

Comments

Popular posts from this blog