158.
Il-ħolqien tiegħi għandu
minn tal-beraq,
Iroxx qtar id-dmugħ, jonfoħ
fwar il-għaraq
Fi-terrimot li jgħeżżeż bla
ma jġarraf
Biex tieqaf ftit u tidħol ġo
qoxortok.
Il-ħolqien tiegħi tqil, tqil
wisq biex terfgħu
Imwieżen fuq il-krozzi biex
jitħarrek,
Minn qiegħ l-abbiss tal-baħħ
araħ jirxoxta
Biex ma l-oħrajn jitmiegħek
u jistgħadar.
Bħal meta qalbek teħber, u
int bla sabar
Tkun trid minn ġismek toħroġ
u tittajjar
Biex tislet mill-qawsalla
lewn minn tagħha
U terġa’ mal-bnedmin
bil-ferħ li tħabbar:
Ferħan għax tad-divin
għollejt il-velu
U mort lilhinn mix-xefaq u
rġajt lura.
Alfred Grech
27/11/2020
Comments
Post a Comment