Ħallini.
Jien bħalhom nista’nibda ntenni
dak kollu l’ għaddejt minnhu
u nagħmel dramm, rumanz
li ngħaddi lill-qarrejja.
Imbagħad titfaċċa int u
ddawwal
ix-xefaq tiegħi
u jiena ma jkolli xejn xi
ngħid
għax nifhem minnufih
kif qed iddur id-dinja.
Ħallini mbagħad hawnhekk
biex waħdi nibqa’ nkarkar
u nixtarr kif lilek qatt ma
fhimtek.
Ħallini hawn bex f’dan
il-baħar
ta’ dlam u skiet imnebbaħ
insalpa għal fejn qatt ma
stajt nasal.
Alfred
Grech
01/11/2020.
Comments
Post a Comment